FIFProIl-Fédération internationale des Associations de footballeurs professionnels, magħrufa sempliċement bħala FIFPro, hi organizzazzjoni mondjali li tirrapreżenta l-plejers professjonisti tal-futbol. Hemm 42 assoċjazzjoni nazzjonali tal-plejer membri tal-FIFPro. UnuriFl-2005, il-FIFPro ħabbret l-inawgurazzjoni tal-għotja tal-unuri tal-"World XI", "Plejer tas-Sena" u tal-"Plejer Żagħżugħ tas-Sena". World XIWara l-votazzjoni ta' aktar minn 43,000 plejer minn 42 federazzjoni, mil-lista ta' kandidati għal kull pożizzjoni, tiġi eletta l-iskwadra ideali, magħrufa aħjar bħala l-All-Star Team, ta' ħdax-il plejer: gowler, erba' difensuri, erba' midfilders u żewġ attakkanti. Il-lista hi magħmula mill-kummissjoni tal-premju. Plejer tas-SenaIl-plejer bl-aktar numru ta' voti fil-World XI jiġi msemmi bħala l-Plejer tas-Sena.
Plejer Żagħżugħ tas-SenaŻewġ plejers jiġu magħżula għal dan l-unur; wieħed skont il-kumitat tal-unuri, u l-ieħor skont il-benjamini.
Ħoloq esterni
|